Id-disinjatur tal-moda Franċiż Thierry Mugler miet fl-età ta’ 73 sena.

Huwa kien magħruf għal disinji bi spallejn wesgħin ispirati mill-faxxinu tas-snin 40 u 50.

Id-disinji ta’ Mugler kienu milbusa minn stilel fosthom David Bowie u Lady Gaga. Huwa ħoloq ħafna kostumi tal-palk għal Beyoncé u fl-2019 iddisinja l-famuża “libsa mxarrba” ta’ Kim Kardashian għall-Met Gala.

Fis-snin ta’ wara, il-marka tiegħu saret famuża għall-fwejjaħ, bħal Angel u Alien.

“Aħna mħassra li nħabbru l-mewt tas-Sur Manfred Thierry Mugler nhar il-Ħadd 23 ta’ Jannar 2022,” ikkonfermat post fuq il-kont uffiċjali ta’ Mugler fuq Facebook.