Min kemm ilha li bdiet il-pandemija, sal-llum 25 ta’ Jannar 2022 skond ċifri maħruġa bid-dipartiment tas-Saħħa, f’pajjiżna kien hawn 536 mewta relatata mal-Covid.

Ħafna nies qed jistaqsu mistoqsija sempliċi, dawn l-imwiet huma bil-Covid jew Le? Għax hemm differenza kbira jekk persuna mietitx bil-Covid jew jekk mietitx  fiż-żmien li kienet pożittiva għal Covid.

Perezempju jekk persuna għandha mard terminali u qeda fl-aħħar ta’ħajjitha u inzertat instabet pożittiva għal Covid, dik il-persuna qed titqies li mietet bil-Covid jew b’xi mard terminali ieħor?

U jekk persuna marida fil-mument li mietet inzertat kellhanfluwenza staġjonali dik titqies li mietet bl-influwenza jew bil-marda li kellha?

Il-poplu qed jagħmel dawn il-mistoqsijiet b’mod frekwenti u tajjeb li jkun hawn aktar stampa ċara dwar dan il-punt.