Skond dak li qed jiġi mbassar mis-siti tat-temp, illum it-tlieta għandna nistennew waħda mill-aktar ġranet kiesħa sa issa din-is-sena.

Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq iċ-Ċentru tal-Ewropa sa fuq il-Libja u riħ Grigal forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal mistennija jgibu magħhom kesħa, b’temperatura li mistennija tinżel sa 5 gradi.