Il-kantant The Weeknd ikompli jżid mal-lista ta’ suċċessi hekk kif issa sar l-iktar kantant segwit fuq Spotify. Dan ir-rekord kien f’idejn Justin Bieber, iżda The Weeknd irnexxilu jikseb iktar minn 85 miljun fix-xahar bħala ammont ta’ nies li jisimgħu id-diski tiegħu.

Dan l-interess kollhu żdied grazzi għall-album il-ġdid tiegħu ‘Dawn Fm’, liema album konna ilnha nistennew minn meta ħarġet l-ewwel single minnhu, bl-isem ta’ ‘Take My Breath’.