Fil-belt Ta’ Casoria, Taljan ta’ 88 sena ħareġ arma tan-nar meta ġie mitlub iċ-ċertifikat tal-vaċċin fid-daħla ta’ ristorant. L-anzjan ħarab minn fuq il-post iżda ġie misjub mill-pulizija ftit aktar tard fid-dar tiegħu.

L-anzjan irrifjuta li jiftaħ il-bieb tal-barra, b’konsegwenza li l-pulizija kellhom jisgassaw il-bieb. L-anzjan ġie arrestat u l-arma ġiet ikkonfiskata.