Għall-ħabta tas-6:30 tal-Ħamis filgħaxija bdiet tigri l-aħbar li għaddiet għall- hajja ta’ dejjem Joanna Cassar, għalliema maħbuba magħrufa aħjar bħala Miss Cassar.

Kienu bosta student u eks student li wrew dieqa għat- telfa ta din l-għalliema maħbuba u meqjusa bħala l-favorita ta ħafna student.

Meta tkellmet ma Radio105.mt, Nicole Spiteri eks studenta ta Miss Joanna qalet hekk: Miss Cassar hija waħda min dawk in-nies li ma tinsa qatt f’ħajtek, kienet għalliema/assistant head inkredibbli, dejjem lesta biex tgħin lilna l-istudenti, jekk ikollok problema dejjem taf li ħa ssibha.

L- isbaħ memorji ma miss Cassar huma r-rehearsals għal graduation 2019, tatni kuraġġ u sapport kontinwu li verament kelli bżonnhu, minħabba f’hekk sirna ħbieb kbar. L-aqwa ħaġa li għallmitni kienet kif fil-ħajja m’għandek taqta qalbek qatt. “Cassar” (bħal ma ħafna studenti jħobbu jsejħulha) kienet persuna li għaddiet min ħafna u xorta baqgħet tiġġieled u qatt ma qatgħet qalbha. Grażżi ta l-impatt pożittiv li ħallejt fil-ħajja tiegħi u ta’ħafna aktar, temmet Nicole Spiteri.

Strieħ Fis-Sliem u Grazzi ta kemm kont tħobb l-istudenti.