Referee Taljana kienet suġġett għal attakk vili ta’ vendetta pornografika b’kontenut espliċitu misruq mingħandha u maqsum fuq il-midja soċjali.

Diani Di Meo, ta’ 22 sena, qalet li r-ritratti u filmati privati u kienu fuq WhatsApp u Telegram.

“Xi ħadd irnexxielu jidħol fil-mowbajl tiegħi. Inkella, m’għandix idea kif ittieħdu.

“Ippreżentajt ilment u l-awtoritajiet se jieħdu ħsieb kollox. Nirringrazzja lil dawk kollha li qed jiktbuli minn madwar l-Italja kollha.

“Hija sitwazzjoni li ma nixtieq lil ħadd, qed nipprova nirreżisti iżda mhux qed jirnexxieli. Irridu nirrapportaw dawn il-filmati u n-nies li qed jkomplu jaqsmu dawn l-affarijiet.” Kompliet Diani Di Meo.