Kien eżattament 38 sena ilu meta Frankie Goes To Hollywood kienu fil-quċċata tal-klassifika Ingliża, b’dik li hija meqsuja bħala diska kontroversjali, ‘Relax’. Wara iktar minn 3 xhur ma l-aqwa 40 diska, kien grazzi għal programmi popolari ‘Top Of The Pops’ li din id-diska kisbet is-suċċess mixtieq.

Frankie Goes To Hollywood kienu ġew iffurmati fil-bidu tal-1980. L-ewwel suċċess mużikali kisbuh permezz ta’ ‘Relax’ li minħabba l-video mużikali oriġinali li kien sar, wassal biex saħansitra id-diska ma tindaqx f’ċertu ħinijiet tal-ġurnata. Total ta’ sebgħin ġimgħa fil-klassifika Ingliża, ‘Relax’ kienet it-tielet l-iktar diska popolari tas-sena 1984.