Il-futboler ta’ Manchester United, Mason Greenwood, ġie arrestat fuq suspett ta’ stupru u attakk wara allegazzjonijiet fuq il-midja soċjali.
Il-Pulizija ta’ Greater Manchester qalet li saret konxja ta’ “immaġini u vidjows tal-midja soċjali mibgħuta minn mara li tirrapporta inċidenti ta’ vjolenza fiżika”.
Il-Pulizija qalet “nistgħu nikkonfermaw li raġel ta’ 20 sena ġie arrestat fuq suspett ta’ stupru u attakk”.
Huwa jibqa’ arrestat għall-interrogazzjoni u l-inkjesti għadhom għaddejjin.
Manchester United aktar kmieni qalu li l-player mhux se jirritorna għat-taħriġ jew il-logħbiet qabel avviż ieħor.
Il-klabb qal li “ma japprova ebda tip ta’ vjolenza’” u kien ġie mgħarraf bl-allegazzjonijiet fuq il-midja soċjali iżda ma kienx se jagħmel aktar kumment sakemm il-“fatti jkunu ġew stabbiliti”.