Rihanna nediet linja ġdida ta’ lingerie għall-irġiel eżatt fil-ħin għal Jum San Valentinu, bi prodotti li jinkludu kollox minn boxers tas-satin u ċineg għal tops tal-malji.

Il-kollezzjoni ta’ lingerie Savage X Fenty tal-kantanta hija waħda li ‘tiċċelebra n-nuqqas ta’ biża’, il-kunfidenza u l-inklussività’, skont il-websajt tagħha, li żżid: “Irridu li tħossok sexy u tieħu pjaċir tagħmel dan. B’offerti li jvarjaw minn affarijiet bażiċi ta’ kuljum għal biċċiet aktar provokattivi – Savage X Fenty hija lingerie għal kulħadd.”