F’Konfront dirett bejn żewġt timijiet li qed jokkupaw it-tieni u t-tielet post tal-klassifika spiċċa fi draw ta 2 – 2.

Wara taqsima kwieta li fiha il-Greens irnexxielhom jidħlu jistrieħu f’gowl vantaġġ, l-inklużjoni ta’ Dodo tagħt nifs ġdid lil Ħamrun dehru aktar perikolużi fit-tieni 45 minuta.

Kien l-istess Dodo li ġab l-iskor indaqs fis-60 minuta u wara li f’azzjoni personali id-debuttant Hovsepyan reġa’ tefa’ lil Floriana fil-vantaġġ, Sasere jerġa’ jġib id-draw 60 sekonda wara.

Ħamrun dehru perikolużi f’xi azzjonijiet oħra u kellu jkun il-goalkeeper Kitanov li salva punt għal Floriana.

Wara din il-partita Hibernians baqgħu fil-quċċata b’34 punt segwiti min Floriana u Ħamrun bi 30 u 27 punt rispettivament.