Cheslie Kryst, ir-rebbieħa tal-konkors Miss USA fl-2019 u korrispondenta għall-programm tal-aħbarijiet dwar id-divertiment “Extra,” mietet fl-età ta’ 30 sena.

Allegatament il-Pulizija qalet li Kryst qabżet minn bini ta’ appartamenti ta’ Manhattan u ġiet dikjarat mejta fuq il-post il-Ħadd filgħodu. Il-familja tagħha kkonfermat il-mewt tagħha fi stqarrija.

“F’niket kbir, aħna naqsmu l-mewt tal-maħbuba tagħna Cheslie. It-talent kbir tagħha kien wieħed li ispira lil oħrajn madwar id-dinja bis-sbuħija u s-saħħa tagħha,” qalet il-familja tagħha fi’stqarrija.