Personalità ta’ TikTok kisret ir-Rekord Dinji tal-Guinness talli għanda l-akbar ħalq femminili. It-tfajla kellha ‘tipprova li ma kellhiex kirurġija’ qabel ma ingħatat ir-rekord.

Samantha Ramsdell ta’ 31 sena minn Stamford, saret popolari wara li żvelat fuq il-midja soċjali li ħalqha jista’ jinfetaħ 2.56 pulzier.

Minn dakinhar ġiet rikonoxxuta minn Guinness talli kisret ir-rekord għall-akbar ħalq ta’ mara fid-dinja.

Samantha żvelat li damet aktar minn sitt xhur f’taħditiet ma’ Guinness, u qalet li kien hemm proċess twil biex jiġi ċċekkjat li t-talent tagħha kien ‘naturali’.