Kienu bosta dawk il-Beltin li fl-aħħar sigħat urew l-għadab tagħhom lejn l-awtoritajiet talli ma ingħatax il-permess li ssir il-purċissjoni bl-istatwa ta San Pawl.

Ħafna qed jgħidu għalfejn attivitajiet fuq ġewwa qed jitħallew isiru u purċissjoni fuq barra le?

Waħda mill-aktar posts fuq il-midja soċjali li ssikkaw kienet il-poeżija ta’ Andre Carbonaro. Bil-kitba tiegħu is-sur Carbonaro jesprimi ruħu b’dan il-mod.

 Minn taħt in-navi……..

Pawl ħu ftit ieħor paċenzja,
għax hawn min għajnu togħorku
u għadu ma jridx itik il-liċenzja.

Stenna ftit, ħallih iħabbat,
għax peress li int mhux tal-films
hawn min saqajh qiegħed isabbat.

Stenna ftit ieħor, tagħmilx xi storja
għax hawn min kibritlu rasu
w ħaseb li ħa jibqa’ hemm fil-glorja.

Sa dan it-tant, nistennew miegħek
nieħdu grokk jew tnejn tal-Kanonku
u naraw meta ser jgħaddilhom
l-uġiegħ li għandhom ġo l-istonku.

u jekk le allura Pawlu,
aqla ftit dak is-sejf minn ġewwa l-fus
għax naħseb wasal iż-żmien
li terġa ttajjar ftit irjus !!!

André Carbonaro 2/2/22