Mudella tgħid li ħassitha “umiljata u imbarazzata” waqt vjaġġ lejn Universal Studios, fejn qed issostni li l-istaff qalilha biex tgħatti sidirha, waqt li kienet liebes crop top hi u diehli it-theme park.

Whitney Paige Venable, minn Florida temmen li t-talba saret minħabba li n-nies iħossuhom “skomdi” dwar is-sider naturali tagħha kbir.

Iż-żagħżugħa ta’ 26 sena, qalet li sofriet diskriminazzjoni minħabba l-forma tagħha, u dan wara li impjegata tal-post għarrfitha li biex trid tidħol fil-park ikollha tgħatti l-cleavage tagħha.