Hekk kif illum kompliet ix-xhieda fil-konfront ta’ Goran Pantelic, Serb li għandu 53 sena u jaħdem bħala carer, ħareġ li dan daħħal idu fil-parti intima ta’ l-anzjana vurnerabbli.

Kienu żewġ carers oħra li sabu d-demm mal-lożor tal-anzjana u tkellmu magħha u hi qaltilhom x’kien ġara.

Il-kas seħħ f’Mejju tas-sena li għaddiet f’dar tal-anzjani fil-Mosta ser ikompli jinstema’ fl-10 ta’ Marzu li ġej.