Kontroversja sħieħa għaddejja fl-Italja wara dak li gara waqt il-festival ta’ Sanremo, mill-kantant Achielle Lauro. Li gara huwa li bħala parti mill-interpretazzjoni tal-kanzunetta, il-kantant taparsi għammed lilu innifsu.

L-isqof tal-belt ta’ Sanremo, monsinjur Antonio Suetta, ħassu offiż b’din l-azzjoni. Saħansitra ikkundanna ix-xandir li ħalla dan iseħħ.