Kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront akkużat li stupra u qatel lill-Pollakka Paulina Dembska, Abner Aquilina ta’ 20 sena.

Irriżulta li l-kundizzjoni psikjatrika ta’ Abner sejra lura hafna, waqt li ttieħed l-isptar Mount Carmel minħabba l-mod ta’ kif qed jaġixxi.

Il-Psikjatra tal-ħabs u tat-taqsima forensika tal-Isptar Monte Karmeli, is-sur Joseph Saliba xehed li Aquilina ddaħħal l-Isptar Monte Carmeli, fejn qiegħed jinżamm taħt għajnejn il-professjonisti.