Fl-aġġornament li ħareġ aktar kmieni illum dwar is-sitwazzjoni tal-Covid 19 f’Pajjiżna irriżulta li każi attivi issa niżlu għall- 2675.

Dan wara li fl-aħħar 24 siegħa ġew reġistrati 214 każ ġdid waqt li fiequ 280.

Sfortunatament, fl-istess perjodu raġel ta 78 sena miet waqt li kien pożittiv biex issa l-ammont ta persuni li mietu f’Pajjiżna waqt li kienu pożittivi għall- Covid hu ta’ 560