Wara l-infirdu f’Lulju li għadda, il-kantant James Arthur u Jessica Grist, dawn baqgħu f’kuntatt b’mod regolari. Tant li issa iddeċidew li jippruvaw għal darb’oħra jagħtu ċans ir-relazzjoni tagħhom.

James Arthur nafuh b’suċċess kbar bhal ‘Impossible’, ‘Say You Won’t Let Go’ u riċentement ‘September’. Jessica Grist bdiet il-karriera tagħha bħala backing dancer fl-‘X Factor’ tal-2012. Kien, filfatt, hawnhekk li huwa iltaqgħu, fejn James kien saħansitra ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni ta’ dik is-sena.