Mahmood u Blanco ġew inkurunati bħala r-rebbieħa tat-72 Festival ta Sanremo fl-Italja bil-kanzunetta Brividi. Huma ħabbru li se jirrappreżentaw lill-Italja fil-Eurovision 2022

Il-Festival tal-Mużika Taljan ta’ Sanremo 2022 wasal fi tmiemu wara ħames iljieli mimlija mużika, atti speċjali u mistednin notevoli.

Il-ħamsa u għoxrin artist parteċipanti esegwiw il-kanzunetti tagħhom għall-aħħar darba. Ir-riżultat finali l-ewwel ġie deċiż mill-pubbliku fejn ġew deċiżi tliet superfinalisti wara li nġabru l-vot tal-pubbliku flimkien mal-medja provviżorja tal-iljieli ta’ qabel.

Ir-rebbieħ ġie deċiż bil-kombinazzjoni tal-voti mill-ġurija demoskopika (33%), il-ġurija tal-istampa (33%) u l-vot pubbliku (34%).