Fl-istitut kattoliku, il-Furjana, il-palk reġa’ ħa l-hajja wara l-pandemija tal-covid-19. Is-satira ‘L-Istorja Ta’ Malta….Il-Verità hija miġja mill-bidu ta’ l-umanità sal-2040, iżda minkejja l-istorja fatwali, tinbidel kollha b’mod sarkastiku.

B’diversi atturi popolari u ż-żeffiena ta’ Keith Dance Studio, wieħed żgur iqatta sagħtejn mimlija daħk, kant, żfin u divertiment kontinwu. Kitba ta’ George Micallef, lirika ta’ Dorian Micallef, arranġamenti mużikali ta’ Christian Arding, produzzjoni u direzzjoni ta’ Paul Bonello. Il-cast jinkludi diversi atturi popolari, iktar minn 27 żeffiena b’kostumi ikkuluriti u xenarju mill-aqwa. L-ahhar żewġ wirjiet ser isiru is-sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Frar, varjetà immirata għall-familja kollha.