L-idea tat-tkabbir ta’ tarbija f’ambjent artifiċjali barra mill-ġisem tal-bniedem dejjem kienet ikkunsidrata fl-isferi tal-fantaxjenza, madankollu tista’ ma tibqax għal ħafna aktar.

L-iżviluppi xjentifiċi f’dan il-qasam ilhom jieħdu passi kbar’ il quddiem f’dawn l-aħħar snin, partikolarment fil-kapaċità tagħna li nieħdu ħsieb trabi estremament prematuri. Madankollu, kemm aħna viċin li nkunu kapaċi noħolqu ħajja umana għal kollox barra mill-ġisem tal-bniedem? U f’futur potenzjali, fejn in-nisa ma kellhomx aktar għalfejn iwelldu, x’impatti soċjetali jista’ jkollhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-konċepimenti tagħna ta’ xi tfisser li tkun omm?