Ġewwa l-02 Arena, f’Londra, saru l-Brit Awards ta’ din is-sena u l-kantanta Adele ħarġet rebbiegħa bħala ‘artist of the year’, kif ukoll rebħet l-award tad-diska tas-sena permezz ta’ ‘Easy On Me’, kif ukoll l-aqwa album tas-sena permezz ta’ ‘30’. Ed Sheeran ġie magħżul bħala l-aqwa kittieb ta’ diski.

Billie Eilish ġiet magħżula bħala l-aqwa artista internazzjonali u Silk Sonic rebhu t-titlu ta’ l-aqwa grupp internazzjonali. L-aqwa diska internazzjonali intrebħet minn Olivia Rodrigo bis-silta ‘Good 4 U’, f’kompetizzjoni diretta ma’ siltiet oħra popolari bħal ‘The Business’ ta’ Tiesto, ‘Save Your Tears’ ta’ The Weeknd u ‘Stay’ ta’ Kid Laroi u Justin Bieber.