Għexieren ta nies inġabru fil-knisja ta’ San Gejtanu l-Ħamrun biex issellmu lil Harry Zammit Cordina li ħalla din id-dinja aktar kmieni din il-ġimgħa.

Meqjus bħala ġentlom min dawk li kienu jagħfuh, is-sur Harry ħadem ħafna fil-komunità Ħamruniża u gawda rispett min kull qasam fil-lokal.

Bil-bandiera tas-soċjetà Mużikali San Ġużepp (li tagħha kien president) fuq it-tebut, inħareġ mil-knisja fost ċapċip ta dawk preżenti, waqt li fl-isfond il-Marc ‘Aħna Tal-Miskina’ li kien ħafna għal qalbu, ħalla triq il-Kbira San Ġużepp il-Ħamrun għal l-aħħar darba.

Insellmulek sur Harry