Huwa normali li fi żmien il-Festa tar-raħal, żmien il-Milied jew Ġimgħa l-kbira naraw xi tip ta tiżjin fit-toroq ta pajjiżna, però il-Ħamrun mar lil-hinn min hekk u żejjen it-triq il-prinċipali għall-okkażjoni ta’ Jum San Valentinu.

Dawk li għaddew min triq il-kbira San Ġużepp fil-Ħamrun setgħu josservaw it-tiżjin relatat ma Jum Il-Haħbubin.

Dan id-dawl ġibed l-attenzjoni ta bosta tant hu hekk li kienu ħafna dawk li tellgħu ritratti fuq il-midja soċjali b’kummenti ta mħabba.

Radio105.mt tkellem mas-sindku tal-Ħamrun is-sur Christian Sammut dwar din l-inizzjattiva fejn hu qal: Irridu nuru li l-Ħamrun hija lokalità ħajja u permezz ta dan it-tiżjin qed indaħħlu fl-atmosfera lil dawk l-eluf li ta’ kuljum jgħaddu min triq il-prinċipali, lill ħaddiema li jaħdmu hawn u fl-ahhar u mhux l-inqas lir-residenti Ħamruniżi.

Is-sindku żied jgħid dan it-tiżjin jagħti spinta wkoll lil-komunità kummerċjali fil-Ħamrun b’dawk li jiġu jagħmlu x-xiri tagħhom jidħlu aktar fl-atmosfera