Wara ħafna stennija, waqt il-pontifikal tal-festa ta’ San Pawl, Il-Ħamis ġie żvelat uffiċjalment li l-Papa Franġisku ser iżur il-Gżejjer Maltin fit-2 u 3 t’April. Waqt dan il-vjaġġ appostoliku, il-Papa ser iżur il-Belt Valletta, ir-Rabat, Ħal Far, il-Furjana, kif ukoll Għawdex.

Il-kurja qalet li t-tema taż-żjara tal-Papa ser tkun ‘Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha’.

Din ser tkun ir-raba’ żjara tal-mexxej  tal-knisja kattolika f’Malta, wara li Papa Ġwanni Pawlu II kien ġie fl-1990 u fl-2001, u Papa Benedittu XVI ġie fl-2010.