Il-Ħadd wara nofsinhar Ħamrun Spartans ġarrbu telfa oħra fil-kampjonat Premier kontra Gudja.

Wara din is-7 telfa fil-kampjonat li tista’ tgħid temmet kull tama għar-rebħ tat-titlu, partitarji Ħamruniżi wrew id-diżappunt u r-rabja tagħhom fuq il-midja soċjali.

L-aspetattivi għal dan l-istaġun kienu kbar wara s-suċċess miksub is-sena li għaddiet, però l-wirjiet dizappuntanti u nuqqas ta gowls wasslu għal dak li ħafna qed isejjħulu bħala staġun diżastru.

Fil-verità, x’taħseb li mar ħażin?