L-Ukrajna sejħet għal laqgħa mar-Russja u ma’ membri oħra ta’ grupp ewlieni tas-sigurtà Ewropew dwar it-tensjoni li qed tiżdied fuq il-fruntiera tagħha.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dmytro Kuleba qal li r-Russja kienet injorat it-talbiet formali biex tispjega l-akkumulazzjoni tat-truppi.

Huwa qal li l-pass li jmiss kien li jitlob laqgħa fit-48 siegħa għal trasparenza dwar il-pjanijiet tar-Russja

Ir-Russja ċaħdet kull pjan li tinvadi l-Ukrajna minkejja l-akkumulazzjoni ta’ madwar 100,000 suldat fil-fruntieri tal-Ukrajna.

Iżda xi nazzjonijiet tal-Punent wissew li r-Russja qed tipprepara għal azzjoni militari, bl-Istati Uniti tgħid li Moska tista’ tibda b’bumbardamenti mill-ajru b’mod immedjat.

Aktar minn 12 in-nazzjon ħeġġew liċ-ċittadini tagħhom biex jitilqu mill-Ukrajna.