Permezz ta stqarrija iffirmata mil-kap eżekuttiv ta’ Ħamrun Spartans is-sur Marcel Bonnici, ġie mħabbar li ntlaħaq ftehim biex ll-kowċ Mark Buttigieg ma jibqax imexxi iċ-champions lokali.

Mark Buttigieg inħatar kowc ta’ Ħamrun Spartans hekk kif l-imprenditur Malti Joseph Portelli ħa it-tmexxija tal-club u kien strumentali biex intrebaħ l-ewwel kampjonat wara 30 sena.

Madanakollu prestazzjoni ħżiena u riżultati negattivi wasslu biex jintlaħaq ftehim biex il-kuntratt ta’ Buttigieg jiġi terminat.