Ftit tal-ħin ilu ġie mħabbar li Branko Nisevic inħatar kowċ ġdid ta’ Ħamrun Spartans.
Nisevic ser ikun qed jieħu post Mark Buttigieg li tneħħa mil-kariga t-Tnejn wara nofsinhar.
Meqjus bħala wieħed mill-iktar kowċis bi profil għoli f’pajjiżna, Nisevic kellhu esperjenza ta kowċ ma Gzira United, Hibernians u tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena qabel l-esperjenza f’Għawdex ma Nadur Youngsters.
Branko Nisevic ser ikun qed jiddebutta bħala Kowċ taċ-champions lokali f’partita mill-Kampjonat BOV Premier kontra Sirens, is-Sibt li ġej.