Serp imdaqqas invada l-grawnd u interrompa l-logħba football fil-Gwatemala.

Il-plejers ġew iffilmjati jiġru hekk kif is-serp intlemaħ fuq il-ħaxix tal-grawnd.

Ir-referee waqqaf il-logħba tal-kampjonat ta’ Nueva Concepcion kontra Municipal fit-82 minuta meta lemaħ lill-viżitatur mhux mixtieq.

Għal xi ħin kien hemm xi ftit tal-kommissjoni sakemm is-serp inqabad u l-logħba tkompliet.