Tifla li giet rappurtata nieqsa fl-2019 instabet ħajja f’kamra sigrieta taħt taraġ, qalet il-pulizija fl-istat Amerikan ta’ New York.

Paislee Shultis, li issa għanda sitt snin, ġiet skoperta f’dar fil-belt ta’ Saugerties wara tfittxija nhar it-Tnejn.

It-tifla nstabet f’qagħda tajba ta’ saħħa u issa reġgħet ingħaqdet mal-gwardjan legali tagħha u oħtha l-kbira, kompliet tgħid il-pulizija.