Il-lejla tibda, uffiċjalment, it-triq li twassalna għall-għażla tal-kanzunetta Maltija li ser tirraprezentana fil-Eurovision, f’Mejju li ġej. 22 parteċipant ser ikunu qed jissiltu bejniethom biex finalment joħroġ rebbieħ. Wara s-semi finali tal-lejla, 16-il kanzunetta ser tagħmilha għal finali tas-sibt.

Dis-sena ser ikollna taħlita ta’ kanzunetti kemm bil-lingwa Ingliża kif ukoll dik Maltija. Minkejja li ser naraw parteċipanti li nafuhom, f’dan il-festival ser inkunu qed naraw ukoll diversi uċuh ġodda.

Ir-rebbieħ tal-festival ser jingħata trofew, iddiżinjat minn Carlos Borg, u li jinkludi s-salib ta’ Malta.

Il-ġimghat ser inġeddu l-memorji permezz ta’ diversi kantanti li marru jirrappreżentaw lil Malta fil-passat.