L-evidenza qed turi li r-Russja qed tippjana “l-akbar gwerra fl-Ewropa mill-1945”, qal il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson.

Huwa qal dan f’intervista mal-BBC: “Is-sinjali kollha huma li l-pjan diġà beda f’ċerti sensi.”

L-Intelligence tissuġġerixxi li r-Russja biħsiebha tniedi invażjoni li se ddawwar il-kapitali Ukrajna Kyiv, qal is-Sur Johnson.

Boris Johnson kien qed jitkellem minn Munich, fejn il-mexxejja dinjin qed jiltaqgħu għal konferenza annwali dwar is-sigurtà.

L-aħħar estimi tal-Gvern Amerikan juru li bejn 169,000 u 190,000 truppi Russi issa huma stazzjonati tul il-fruntiera tal-Ukrajna, kemm fir-Russja kif ukoll fil-ġirien Belarus – iżda din iċ-ċifra tinkludi wkoll ir-ribelli fil-Lvant tal-Ukrajna.