Fis-serata finali tal-Malta Eurovision, ir-rebbieħa tal-festival hija Emma Muscat, bil-kanzunetta Out Of Sight. Il-ġurija kollha taw it-12-il punt tagħhom lil Emma u kollha taw l-10 punti tagħhom lil Aidan bil-kanzunetta Ritmu. It-televoting ukoll intrebaħ mill-istess kantanta ukoll. Il-kanzunetta Out Of Sight miktuba minn team kollhu barranin kif ukoll Emma innifisha.

Sbatax-il kanzunetta ikkompetew għal dan it-titlu biex issa nafu min ser jirraprezentana ġewwa Turin, l-Italja, f’Mejju li ġej. Kollox jibda mis-semi finali fejn, minkejja li Emma kisbet popolarita fl-Italja, fis-semi finali fejn ser tieħu sehem Malta, it-Taljani ma jistgħux jivvutawlna.

Fis-serata rajna ukoll lir-rappreżentanti Maltin tal-Junior Eurovision Ike & Kaya, kif ukoll lil Destiny.