L-Istati Uniti laqtet lir-Russja b’sanzjonijiet wiesgħa fuq dak li l-President Joe Biden sejjaħ “il-bidu ta’ invażjoni Russa fl-Ukrajna”.

Dan seħħ wara li l-politiċi Russi awtorizzaw lill-President Vladimir Putin biex jibgħat truppi f’żewġ partijiet tal-Lvant tal-Ukrajna miżmuma mir-ribelli.

Ir-Russja għarfet lir-reġjuni bħala indipendenti.

Nazzjonijiet tal-Punent fil-biċċa l-kbira jaraw l-azzjoni bħala skuża għal invażjoni’. Nhar it-Tnejn Putin ordna lis-suldati biex jidħlu fir-reġjuni separati ta’ Donetsk u Luhansk, biex “jżommu l-paċi” – deskrizzjoni li l-Istati Uniti sejħet “bla sens”.

Immaġini bis-satellita matul l-aħħar 24 siegħa wrew diversi skjeramenti ġodda ta’ truppi u tagħmir fil-Punent tar-Russja, u aktar minn 100 vettura f’ajruport fil-Belarus qrib il-fruntiera tal-Ukrajna, skont il-kumpanija Amerikana tat-teknoloġija spazjali Maxar.