Mara ta’ 31 sena minn San Pawl il-Baħar indarbet gravi meta ntlaqtet minn karozza waqt li kienet qed taqsam.

Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ fil-11.45am fi triq Mannarino Birkirkara.

Il-mara intlaqtet minn Kia Picanto misjuqa minn anzjan ta’ 84 sena minn Tas-Sliema.