Illum kienet għaddejja battalja fiż-żona ta’ esklużjoni nukleari ta’ Chernobyl wara li t-truppi Russi daħlu mill-Belarus.

Il-gwardjani Ukreni kienu qed jiġġieldu lura, u l-uffiċjali wissew li hit dirett fuq faċilità tal-ħażna tal-iskart tista’ tifrex sħaba ta’ trab radjuattiv fuq l-Ewropa kollha.

L-invażjoni mill-Belarus seħħet hekk kif it-truppi ta’ Vladimir Putin daħlu fl-Ukrajna mil-Lvant u n-Nofsinhar fl-istess ħin.

Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy qal li t-truppi tal-okkupazzjoni Russi qed jippruvaw jaqbdu s-sit ta’ Chernobyl qrib il-fruntiera tal-Belarus.