Festivals Malta bil-kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Ħamrun qed joffru Karnival b’differenza fil-lokalità tal-Ħamrun.

Id-dilettanti tal-karnival jistgħu igawdu għad ta’ karrijiet li qiegħdin esposti fi Pjazza San Pawl, quddiem Daniel’s Mall, Pjazza Kappillan Mifsud u ħdejn il-knisja ta’ San Franġisk.

Karrijiet żghar oħra jinsabu wkoll espost fil-kumpless Daniel’s fejn hemm qed issir kompetizzjoni tal-kostumi.

Radio105.mt tkellem mas-sindku tal-Ħamrun is-sur Christian Sammut dwar din l-attività fejn qal: “fl-ahhar snin ta’ qabel il-pandemija, il-Ħamrun sar post sinonimu mal-karnival u ħassejna li f’dawn il-jiem xorta waħda ridna ndaħlu id-dilettanti fl-atmosfera b’għadd ta karrijiet statiċi mxerdin mal-lokalità.

Żied jgħid: “Bħala kunsill lokali iridu nibqgħu naħdmu biex il-lokalità tal-Ħamrun tibqa’ hajja, ikunu xi jkunu iċ-ċirkostanzi”

Tkellimna wkoll mas-sur Manuel Chircop min Daniel’s Mall fejn qal: “li kieku mhux qegħdin bir-restrizzjonijiet kien ikollna għad ta avvenimenti fil-kumpless, avvenimenti li aħna sinonimi għalihom. Biss, iddecidejna li xorta waħda nidekoraw il-kumpless b’karrijiet żghar u ħloqna kompetizzjoni biex it-tfal ikunu jistgħu jiġu jieħdu ritratti fil-Carnival Corner u jidħlu biċ-ċans li jirbħu xi affarijiet.

Is-sur Chircop kompla billi qal li għall-Karnival ta’ Mejju, f’Daniel’s Mall hemm ħafna attivitajiet preparati għal dawk li jħobbu l-karnival.