Il-forzi militari Russi ħatfu l-kontroll tal-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl, jikkonfermaw dan l-uffiċjali Ukreni.

Il-konsulent Presidenzjali Mykhailo Podoliak qal li l-attakk għal kollox inutli li sar nhar il-Ħamis jammonta għal waħda mill-aktar theddidiet serji fl-Ewropa llum il-ġurnata.

Splużjoni f’Chernobyl fl-1986 wasslet għall-agħar diżastru nukleari fl-istorja tal-bniedem, kemm fl-ispiża kif ukoll fid-diżgrazzja innifisha.

Il-President tal-Ukrajna wissa li diżastru bħal dan jista’ jerġa’ jseħħ jekk ir-Russja tkompli bl-invażjoni tagħha.

Id-difensuri tagħna qed jagħtu ħajjithom biex it-traġedja tal-1986 ma tiġix ripetuta,” kiteb qabel fuq Twitter il-President Volodymyr Zelensky.

Din hija dikjarazzjoni ta’ gwerra kontra l-Ewropa kollha.