Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky qed jitkellem mill-uffiċċju tiegħu fi Kyiv.
Liebes hwejjeg militari, jakkuża lill-mexxejja Ewropej li ma ħadux azzjoni biżżejjed biex inaqqsu l-avvanz ta’truppi Russi.
Zelensky iżid li għadu l-waqt biex titwaqqaf l-aggressjoni Russa jekk il-mexxejja Ewropej jaġixxu malajr, u jappella liċ-ċittadini madwar l-UE biex jipprotestaw u jġiegħlu lill-gvernijiet tagħhom jieħdu azzjoni aktar deċiżiva.