Irġiel Ukreni qed jiġu separati mill-familji tagħhom fil-fruntiera tal-Ukrajna mal-Polonja.

Eluf ta’ Ukraini telqu minn djarhom biex jaħarbu mill-ġlied u ħafna qed jippruvaw jaqsmu lejn pajjiżi ġirien. Iżda rġiel Ukraini ta’ bejn it-18 u s-60 sena ma jitħallewx jitilqu.

“Huwa orribbli li tara lil dawn in-nies jinżlu u joqogħdu hemm bil-kowt u borża u jaraw lill-familja tagħhom isuqu,” James Freeman, Ingliz li jghix l-Ukrajna qal dan meta tkellem ma l-istazzjon BBC Radio 5 Live.

Il-Polonja tgħid li hija lesta tilqa’ lill-wasliet kollha u se toffri għajnuna. Iżda Freeman qal li l-kundizzjonijiet fuq il-fruntiera kienu diffiċli, b’ħafna nies, inklużi tfal, kellhom jistennew barra fi kjuwijiet f’temperaturi ta’ friża għal aktar minn siegħa.