Il-kelliem tal-Kremlin Dmitry Peskov qal li r-Russja hija lesta għal taħditiet mal-Ukrajna f’Minsk, il-kapitali tal-Belarus, qed tirrapporta dan l-aġenzija tal-aħbarijiet uffiċjali Russa RIA Novosti.

Iżda qal li dan ikollu jkun dwar li l-Ukrajna tiddikjara status newtrali – li jkun jinkludi d-demilitarizzazzjoni. Ir-Russja dejjem riedet li l-Ukrajna teskludi tissieħeb fin-Nato.

Il-President tal-Ukrajna sejjaħ għal taħditiet ma’ Vladimir Putin iżda m’hemm l-ebda indikazzjoni li se jaqbel ma’ taħditiet fuq din il-bażi.

Minsk hija sinifikanti għaliex huwa fejn ġew iffirmati ftehimiet biex jipprova jġib fi tmiemu l-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna li faqqa’ fl-2014.

Bl-invażjoni tal-Ukrajna, il-mexxej tar-Russja qed jitqies li kisser dak il-ftehim.

Aktar kmieni l-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin Sergei Lavrov qal li ma jistgħux isiru taħditiet sakemm il-militar Ukren iwarrab l-armi.