Il maħżen taż-żejt f’Vasylkiv, fil-periferija ta’ Kyiv, deher li ntlaqat min missili.

L-uffiċjali ta’ Kiev issa wissew li mid-depot qed joħorġu dħaħen tossiċi, u qed iwissu lir-residenti biex jagħlqu t-twieqi tagħhom sewwa. Ħafna residenti fil-kapitali diġà qed jieħdu kopertura taħt l-art.

Vidjows li tpoġġew fuq l-internet, allegatament tad-depot taż-żejt, jidhru li juru duħħan kbir fl-arja.