Rappreżentanti Russi u Ukrajni kkonkludew taħditiet li saru fil-Belarus bl-għan li tinstab il-paċi fost il-kunflitt li għaddej.

Iż-żewġ naħat se jirritornaw fil-bliet kapitali tagħhom għall-konsultazzjoni qabel it-tieni rawnd ta’ taħditiet, li jistgħu jsiru fil-jiem li ġejjin.

L-aspettattivi għal riżoluzzjoni paċifika ma kinux kbar qabel il-laqgħa tat-Tnejn.

L-Ukrajna qalet li trid waqfien mill-ġlied u l-irtirar tar-Russja, filwaqt li l-Kremlin qal li mhux se tħabbar il-pożizzjoni tagħha. In-negozjaturi tar-Russja tkellmu dwar li jintlaħaq ftehim li hu fl-interessi taż-żewġ naħat.