Fis-sentejn li għaddew ħabbatna wiċċna ma pandemijja li b’xi mod jew ieħor affettwat il-hajja ta’kull wieħed u waħda minnha.

Kienu bosta dawk li kull ċans li jkollhom tarhom isegwu x’qed jiġri madwar id-dinja u kemm qed ikun hawn każi kuljum.

It-topic tal-pandemijja naqas xi ftit hekk kif ftit jiem ilu ġiet imħabbra l-Elezzjoni Ġenerali u l-fanatici jfaħħru dak kollhu li jingħad mil-partit tagħhom waqt li jmaqdru dak kollhu li jkun ġej mil-partit oppost. Oħrajn qed jiflu bir-reqqa x’qed joffru l-partiti u qed jaraw fejn ser jitfgħu il-vot tagħhom.

Ftit wara it-tħabbira ta’ l-elezzjoni, Ir-Russja invadiet l-Ukrajna u d-diskussjoni qalbet fuq il-gwerra.

Hekk kif bħalissa hawn tlett suġġetti jaħarqu quddiemna, int x’qed jinteressak l-aktar?

Il-Pandemijja, l-Elezzjoni jew il-Gwerra fl-Ewropa?