Qed jiġu ppublikati filmati u ritratti ta’ duħħan kbir ħdejn it-torri tat-televiżjoni f’Kiev.

L-istazzjon Brittaniku BBC ivverifika il-filmati iżda mhux ċar jekk it-torri intlaqatx direttament. Filmati oħra juru splużjoni fl-inħawi.

Aktar kmieni l-ministeru tad-difiża Russu wissa lir-residenti ta’ Kiev li kien qed jipprepara biex jolqot miri fil-kapitali.