Uffiċjali Ukreni għadhom kif ikkonfermaw li mill-inqas 70 suldat inqatlu f’attakk tal-artillerija Russa fuq il-bażi militari tagħhom nhar il-Ħadd.

L-attakk seħħ f’Okhtyrka, fir-reġjun ta’ Sumy li bħalissa jinsab taħt assedju mill-qawwiet Russi. Nhar it-Tnejn, ħaddiema tal-emerġenza kienu għadhom qed jgħarblu mit-terrapien jippruvaw isibu aktar vittmi.

Il-Parlament ta’ l-Ukrajna għadu kif ippubblika tweet ta’ ġieħ lis-servizzi, u qal “Glorja eterna lill-eroj ta’ l-Ukrajna”. Il-Parlament qal li nqatlu minn missili Grad.