Sigħat biss wara t-tieġ tagħhom fl-ewwel jum tal-invażjoni tar-Russja, Yaryna Arieva u Sviatoslav Fursin ingħaqdu fil-ġlieda biex jipproteġu lil pajjiżhom.

Il-koppja kellhom jiżżewġu f’Mejju iżda mexxew id-data għall-ġimgħa li għaddiet biex ingħaqdu mar-reżistenza Ukrena.

Meta tkellmu ma l-istazzjon CNN il-koppja qalu li qattgħu l-qamar tal-għasel jgħixu f’belt taħt assedju biex jiġġieldu kontra t-truppi Russi li qed jinvadu art twelidhom.